WebQuest

Il-Folklor Malti

Process

process(189).jpg

1. Il-klassi se tinqasam fi gruppi ta’ erbgħa.

 

2. Importanti li minħabba li dan huwa xogħol fi gruppi tiddiskutu sewwa l-ideat ta’ kull membru fil-grupp u tiddeċiedu sewwa kif se jsir il-proġett. Importanti li tgħinu lil xulxin u tkunu kreattivi kemm tistgħu.

 

3. Se tfittxu fil-libreriji kif ukoll f’xi kotba informazzjoni dwar il-folklor Malti.

 

4. Importanti li ssibu stampi relatati mal-folklor. Importanti  ħafna l-kreattività fil-proġett.

 

5. Se taħsbu f’persuni li tistgħu tagħmlulhom intervista dwar xi aspett mill-folklor bħala huwa ż-żwieġ tradizzjonali Malti, xi snajja tal-imgħoddi fost oħrajn. L-intervista trid tkun rekordjata u għal din l-intervista tingħataw iktar marki.

 

6. Se toħolqu preżentazzjoni bil-powerpoint fejn se tiktbu punti qosra dwar l-informazzjoni li tkunu sibtu kif wkoll l-istampi.

  

7. Se tagħmlu kopja tal-proġett tagħkom bil-kitba u fiha se tinkludu wkoll l-intervista.

 

8. Se tippreżentaw il-power point fil-klassi fejn se titkellmu wkoll dwar l-informazzjoni li sibtu. Se ssemmgħu l-intervista li tkunu ħejjejtu, lill-klassi.

 

9. Importanti li tagħtu kopja bil-kitba kif ukoll cd lill-għalliema tagħkom.

 

The Public URL for this WebQuest:
http://zunal.com/webquest.php?w=36717
WebQuest Hits: 22,611
Save WebQuest as PDF

Ready to go?

Select "Logout" below if you are ready
to end your current session.