WebQuest

Il-Folklor Malti

Introduction

qiff_maltese_wedding.jpg

L-istudju tal-folklor jiġbor fih l-istħarriġ tal-għerf, drawwiet, tradizzjonijiet orali u artistiċi li nsibu fi ħdan xi komunità jew settur ta’ komunità li jkollha xi aspett komuni bejnietha. Dan is-settur jista’ jkun xogħol, residenza, lingwa jew identità etnika.

 

 

Il-qofol tal-folklor huwa n-natura spontanja u organika tiegħu. Dan ifisser li huwa r-riżultat tal-esperjenzi u l-interpretazzjonijiet tal-esperjenzi ta’ persuna li b’xi mod ikunu mdaħħla f’interazzjoni soċjali.

 

 

Il-folklor huwa meqjus bħala l-fdal ta’ drawwiet qodma li baqgħu jgħixu barra minn żmienhom. Ħafna drabi dawn id-drawwiet jinħassu li huma marbutin ma’ klassi soċjali speċifika, magħrufa bħala l-folk. Ħafna jassoċjaw element romantiku ma’ din il-kelma minħabba li min-natura tagħha ġib sens ta’ nostalġija għall-imgħoddi. F’pajjiż żgħir bħal Malta, il-folklor jitqies bħala aspett importanti ħafna fit-tiswir tal-idenità Maltija. B’xi mod nistgħu ngħidu li l-folklor jiġbor fih modi ta’ għajxien li fihom jieħdu sehem ġemgħat speċifiċi ta’ individwi u b’hekk jikkonsolidaw il-kultura tagħhom.

The Public URL for this WebQuest:
http://zunal.com/webquest.php?w=36717
WebQuest Hits: 19,356
Save WebQuest as PDF

Ready to go?

Select "Logout" below if you are ready
to end your current session.