WebQuest

Il-Logħob Tradizzjonali Malti

Paġna għall-Għalliema

20101210101411Basuq.jpg

Għeżież kollegi,

L-għan tagħna ta' din il-WebQuest huwa biex ngħinu lill-istudenti tagħna fil-proġett tagħhom li għandhom jagħmlu dwar il-kultura Maltija u kif ukoll sabiex irawmu fihom infushom kuxjentizzazzjoni dwar dan il-logħob Malti li qed jintesa maz-zmien. Kif nafu lkoll, l-idea li l-istudenti jridu jaħdmu l-proġett tagħhom bilfors fuq 'scrapbook' qiegħda bil-mod il-mod tinqata'. Illum il-maġġoranza tal-istudenti f'Malta huma familjari mat-teknoloġija u għalhekk ħsibna biex nintroduċu dan is-suġġett kulturali permezz ta' din il-WebQuest. B'dan il-mod l-istudenti sa jkollhom aċċess għal rizorsi varji li jistgħu jgħinuhom jibnu tajjeb il-proġett tagħhom. Peress li t-teknoloġija llum għandha parti ċentrali f'ħajjet l-istudenti Maltin, aħna ninsabu ċerti li l-istudenti sa jieħdu gost jitgħallmu b'dan il-mod awtonomu u ta' pjaċir.

The Public URL for this WebQuest:
http://zunal.com/webquest.php?w=81929
WebQuest Hits: 25,492
Save WebQuest as PDF

Ready to go?

Select "Logout" below if you are ready
to end your current session.