WebQuest

L-Ikel u x-Xorb Tipiku Malti

Teacher Page

 

Għan/Għanijiet: Wara din il-preżentazzjoni l-istudenti għandhom ikunu kapaċi jiddiskrivu mill-inqas erba' platti Maltin. Jagħrfu wkoll l-importanza tal-'festi Maltin' f'Malta, u speċjalment barra pajjiżna. L-istudenti jsiru wkoll konxji tax-xebh li hemm bejn il-kċina Maltija u xi oħrajn barranin. Għandhom jintebhu li l-ikel Malti huwa parti mill-kultura tagħna u għalhekk importanti fit-tiswir tan-nazzjon Malti.

 

Riżorsi: Għal din il-preżentazzjoni għandhom jintużaw jekk jista' jkun mhux biss is-siti msemmijin fil-qasam 'il-proċess' iżda wkoll siti oħrajn relatati mas-suġġett.

 

Żmien stipulat biex titwettaq il-preżentazzjoni: Din il-preżentazzjoni m'għandhiex tieħu iktar minn ġimgħa biex tiġi organizzata. Idealment għandu jingħata ftit jew xejn xogħol għad-dar tal-Malti għal dik il-ġimgħa, sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jiffokaw sew fuq din il-preżentazzjoni u b'hekk jagħtu riżultat aħjar.

 

Kredtu: Niżżikħajr lis-Sur Josmar Borg li għinni nifhem il-programm tal-'webquest'. Nixtieq nirringrazzja wkoll lis-siti li kkwotajt talli pprovdewni bl-informazzjoni. 

 

The Public URL for this WebQuest:
http://zunal.com/webquest.php?w=19106
WebQuest Hits: 9,817
Save WebQuest as PDF

Ready to go?

Select "Logout" below if you are ready
to end your current session.