WebQuest

Il-Logħob Tradizzjonali Malti

L-Attivitajiet

20101209083619tybyZ.jpg


Attivita' 1:

Għal din l-ewwel attivita' tridu taħdmu fi grupp.

Ix-xogħol li tridu tagħmlu hu li tipproduċu ċart dwar logħba tradizzjonali Maltija. 

Tistgħu toħolqu collage, b'ritratti diversi u bihom toħolqu stampa oriġinali tal-logħba li tkunu sa taħdmu fuqha.

Importanti li kulħadd jagħti sehmu. Meta dawn ikunu lesti sa jitwaħħlu fil-klassi, biex kulħadd ikun jista' jitgħallem minn dak li għamlu sħabu tal-klassi.

Attivita' 2:

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fil-qosor skont l-opinjonijiet tiegħek:

1) X'tip ta' logħo
b tradizzjonali Malti tista' ssemmi?

2) X'tip ta' logħob kont tieħu gost tilgħab meta kont żgħir?

3) Qatt lgħabt xi logħba antika, ngħidu aħna bħall-Passju, Noli jew Bumm Bumm il-Bieb?

4) Jinteressak dan it-tip ta' logħob Malti?

5) Tippreferi tilgħab waħdek jew fi grupp?

6) Issa li kbirt, xi tħobb tilgħab l-aktar?

7) Qatt lgħabt xi logħba fuq il-kompjuter? Jekk iva, x'kienet din il-logħba?

8) Taħseb li l-logħob tradizzjonali Malti għadu popolari llum mat-tfal Maltin? Għaliex taħseb hekk?

 Attivita' 3:

Diskussjoni fil-Klassi

Issa li sirtu tafu iktar dwar dan il-logħob tradizzjonali Malti, nistgħu noħolqu diskussjoni fil-klassi. Tistgħu ssibu l-informazzjoni li se niddiskutu fil-klassi fil-file attachment fin-naħa t'isfel tal-paġna.


 

 

The Public URL for this WebQuest:
http://zunal.com/webquest.php?w=81929
WebQuest Hits: 25,491
Save WebQuest as PDF

Ready to go?

Select "Logout" below if you are ready
to end your current session.