WebQuest

L-Ambjent Malti

Process

20100206094901gaHyH.jpg


Aghfas fuq dan il-link:

http://www.faa.org.mt/about-us?l=1

Din hija s-sit tal-organizzazzjoni Flimkien ghal Ambjent Ahjar.  Din l-organizzazzjoni hija mwaqqfa minn grupp ta' nies li jhobbu lill-ambjent Malti imma huma nkwetati fuq il-problemi li qed jaffaccja l-ambjent f'dawn iz-zminijiet.  Idhol fuq il-link Photo Gallery.  Imbaghad aghfas fuq Malta & Gozo u erga aghfas fuq il-link li tigik.  Ghandhom jitilghu r-ritratti ta' xi postijiet f ' Malta.

Ifli l-ewwel zewg ritratti u fuq il-worksheet ikteb id-differenza li tahseb li hemm bejniethom.

      

Kompli ara r-ritratti. Fuq il-worksheet, ikteb liema hu l-iktar post li joghgbok minn dawn li qed tara u ghaliex.

Huwa veru li r-ritratti ta' dan is-sit huma sbieh hafna, pero' b'daqshekk ma nistghux nghidu li l-ambjent Malti mhux qed jaffaccja problemi bhal hmieg eccessiv, il-problema kbira tal-iskart, l-arja mahmuga bil-carbon monoxide, bahar imnigges u l-hafna bini li qed jeqred l-ambjent rurali, fost l-ohrajn.

Idhol fuq dan is-sit halli niddiskutu iktar l-problemi tal-arja, natura u l-iskart:

http://ec.europa.eu/environment/youth/air/air_mt.html

EUROPA - L-Ambjent għaż-Żgħażagħ Ewropej - L-Iskart - Problema li dejjem qiegħda tikber

Ara li qieghda fuq il-pagna dwar L-Arja.  Minkejja li l-arja tagħna hija aktar nadifa milli kienet qabel, għad hemm tliet problemi kbar li jridu jiġu indirizzati.  Fuq il-worksheet, ikteb x'inhuma dawn it-tliet problemi li qed jaghmlu hsara lill-arja.

Ibqa' fuq l-istess sit u idhol fuq il-link Natura.  Sfortunatament, f 'Malta wkoll ghandna l-problema li xi ghasafar qeghdin jigu maqtula mill-kaccaturi, annimali li jigu msawwta, xi sigar u pjanti qeghdin jigu vvandalizzati minn xi nies li m'ghandhomx rispett lejn l-ambjent, jew li hawn nies li jhallu l-boroz taz-zibel warajhom wara li jaghmlu l-picnics fil-kampanja.

Fuq il-worksheet, ikteb zewg affarijiet li tahseb li nistghu naghmlu f'Malta biex ma nkomplux nitilfu l-ambjent naturali taghna.

Ibqa' fuq l-istess sit u idhol fuq il-link ta' L-Iskart.  X'inhuma t-tliet affarijiet li nistghu naghmlu biex il-muntanji tal-iskart ma jibqghux dejjem jikbru?

Din L-Art Helwa hija ghaqda nazzjonali li tahdem b'risq il-wirt kulturali u ambjentali Malti.  Aghfas fuq dan il-link biex tidhol fis-site ta' din l-organizzazzjoni.

http://www.dinlarthelwa.org/content/view/12/26/

Image

Idhol fil-link About Us u fuq il-worksheet, ikteb tliet missjonijiet ta' Din L-Art Helwa.

Issa wara li qrajt dan kollu fuq l-ambjent u sirt anke taf b'xi organizzazzjonijiet Maltin li jahdmu favur l-ambjent, klikkja fuq il-link li gej halli tara xi haga ohra li inti tista taghmel biex tkompli tiehu hsieb l-ambjent halli Malta taghna tkun nadifa u b'sahhitha!!

http://www.youtube.com/watch?v=nRAq3YdEbu0

 

 

The Public URL for this WebQuest:
http://zunal.com/webquest.php?w=51567
WebQuest Hits: 4,716
Save WebQuest as PDF

Ready to go?

Select "Logout" below if you are ready
to end your current session.