WebQuest

L-Ikel u x-Xorb Tipiku Malti

Process

ikel_tipiku_malti_4(1).jpg

 

L-Ewwel pass: Għal din l-attivita', il-klassi kollha se taħdem fi gruppi ta' erbgħa biex imbagħad ittellgħu preżentazzjoni fi grupp. Wara li tidħlu fis-siti t'hawn taħt li għandhom jgħinukom u jispirawkom fuqiex għandkom titkellmu, se timmaġinaw, li sejrin tiftħu ristorant li jservi ikel u xorb Malti. Se tgħidu xi platti tixtiequ sservu, u għaliex, u tipprovaw tanalizzaw mil-liema kċejjen ġiet affettwata l-kċina Maltija. Tkun idea tajba jekk kull membru tal-grupp jitkellem waqt il-preżentazzjoni.

 

 

It-Tieni pass: Biex tiffamiljarizzaw aktar ruħkom ma' l-ikel u x-xorb Malti u tieħdu idea tajba tagħhom, l-ewwel se taqraw dawn is-siti:


http://wapedia.mobi/mt/Ikel_Malti,
http://www.maltaonlinedictionary.com/mt/aboutmalta/food.asp.

 

 

It-Tielet pass: Ħa tidħlu f'dawn is-siti:


http://www.doi.gov.mt/en/press_releases/2005/06/pr0973.asp-

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=L-UE+ting%26%23295%3Baqad+mal-Maltin+f'%26%23267%3Belebrazzjoni+fi+Brussell&t=a&aid=31607&cid=50

 

Bl-għajnuna ta' dawn is-siti, fil-preżentazzjoni tistgħu titħaddtu ftit dwar it-tisħiħ ta' l-identita' permezz tal-'festi Maltin' li jinkludu preżentazzjonijiet ta' l-ikel Malti barra pajjiżna.

 

 

Ir-Raba' pass: Se tidħlu f'dan is-sit:


https://www.midseabooks.com/book.aspx?id=284&vid=2115


u tipprovaw twieġbu dawn il-mistoqsijiet:


a.Ġieli xtrajtu ktieb tar-riċetti? Jekk le, titħajru tixtru wieħed issa?
b.Ikollkom tixtru ktieb tar-riċetti dwar l-ikel Malti tippreferu tixtruh bl-Ingliż jew bil-Malti? Taħsbu li ktieb tar-riċetti bl-ilsien Malti dwar ikel Malti, iqarribkom iktar lejn x'inhu tipikament Malti?

 

 

Il-Ħames pass: Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dawn il-mistoqsijiet waqt il-preżentazzjoni:

 

a.Taħsbu li l-ikel tipiku Malti jħabbatha ma' dak ta' barra?
b.Hemm xi similarita' bejn l-ikel tipiku Malti u dak ta' xi nazzjon ieħor? Jekk iva, ma' liema pajjiż/i?

 

 

 

Għandkom tħossukom fil-liberta' li żżidu xi informazzjoni oħra li taħsbu hi interessanti.

 

 

 

 

Dak kollox! Missjoni kompluta!

The Public URL for this WebQuest:
http://zunal.com/webquest.php?w=19106
WebQuest Hits: 9,812
Save WebQuest as PDF

Ready to go?

Select "Logout" below if you are ready
to end your current session.