WebQuest

Il-Logħob Tradizzjonali Malti

L-Evalwazzjoni

20101213051814yDyjy.gif


Għeżież Studenti,

Hawnhekk sa ssibu l-metodu li bih sa nevalwaw ix-xogħol tagħkom. Dan qed nagħmluh biex intom tifhmu aktar kif sa tkun evalwata kull parti li intom mistennija twieġbu. It-total sa jkun ta' 40 marka u hawn taħt tistgħu taraw kemm sa jkollha marki kull parti. Kif tistgħu tinnutaw, m'aħniex sa niffokaw biss fuq dak li tipproduċu, imma wkoll fuq kemm tieħdu sehem u tinteressaw ruħkom.

Il-marki sa jkunu mqassma fuq dak li tagħmlu b'mod individwali u anki meta taħdmu fi grupp. Dan ifisser li dak li sa toħolqu bħala grupp sa tingħataw l-istess marka.

Nittamaw li din l-informazzjoni tkun utli għalikom sabiex tifhmu kif sa nevalwawkom.

-Parteċipazzjoni fil-klassi; waqt id-diskussjoni (10 marki)

-Xogħol fi gruppi; għaċ-ċart (10 marki)

-Xogħol individwali; il-mistoqsijiet tat-tieni attivita' (10 marki)

-Interess u inizjattiva (5 marki)

-Livell tal-Lingwa (5 marki)



Nawgurawlkom ħafna suċċess!


 

Rubric

# Mhux Sodisfaċenti Sodisfaċenti Tajjeb Ħafna Eċċellenti Score
Parteċipazzjoni
Xogħol fi gruppi
Interess
Livell tal-Lingwa

Total Score:

The Public URL for this WebQuest:
http://zunal.com/webquest.php?w=81929
WebQuest Hits: 24,930
Save WebQuest as PDF

Ready to go?

Select "Logout" below if you are ready
to end your current session.